Warren Saliba

L-ebda partit wahdu li ghandu aktar minn zewg terzi tas-siggijiet fil-Parlament ma jista’ jemenda l-Kostituzzjoni wahdu

Membri Parlamentari/Prim Ministru jistghu jaghzlu Ministri li mhumiex Membri Parlamentari biex tippermetti ghazla aktar wiesa’ fil-kapacitajiet tan-nies li ghandhom poter Ezekuttiv

Kawalunkwe partit politiku li f’elezzjoni generali, li fuq skala nazzjonali jaqbez certu kwota/persentagg (ezempju 3%, ekwevalenti ghal 2 minn 65MP) ghandu jkollu raprezentanza Parlamentari

L-ebda persuna ma jista’ jdum aktar minn 10 snin fil-kariga ta’ Prim Ministru, 15-il sena fil-kariga ta’ Ministru u 20 sena bhala Membru Parlamentari (numri jistghu jkunu differenti imma l-kuncett hu li minn ghandu l-aktar poter ghandu jkollu inqas zmien jokkupa l-istess kariga). President jista’ jservi terminu wiehed biss.

Titnehha referenza li Malta hu pajjiz b’religjon Kattolika Ruman

Karigi ta’ certu sensittivita’ ghandhom jintghazlu b’vot ta’ zewg terzi fil-Parlament

Il-President ghandu jintghazel b’vot ta’ zewg terzi mill-Parlament jew inkella b’ghazla aktar wiesa’ u mhux mill-Parlament biss. Il-President ghandu jinghata aktar poteri li jirrelataw mas-salvagwardja tal-Kostituzzjoni u d-demokrazija

Andu jkun ehfef biex jissejjhu referenda hekk kif l-avvanzi fit-teknologija ghandhom iwasslu biex kull referendum jiswa’ inqas lill-pajjiz

Ghandha titnehha referenza li Malta hi pajjiz newtrali hekk kif ahna membri fl-UE ghandna dmir fis-sigurta’ Ewropeja hekk kif Malta ghandha dritt li tgawdi mis-sigurta’ Ewropeja

Ghandha tiddahhal klawzola li tipprotegi l-hajja fil-guf f’kwalunkwe cirkostanza hlief meta l-hajja tal-omm hi fil-periklu