1. Il-ħajja huwa dritt fundamentali tal-bniedem imma li qed jiġi mkassbar ħafna madwarna. Il-Kostituzzjoni trid tirrifletti dak li hu l-poplu malti fil-maġġoranza assoluta tiegħu (skont surverys ‘il fuq minn 90%) li l-ħajja għandha tiġi protetta sa mit-tnissil u nżid sal-mewt naturali tagħha. Għalhekk fil-kostituzzjoni id-dritt tal-ħajja sa mit-tnissil għandu jkun miktub isew fuq l-abjad biex l-ebda leġiżlatur ma jibdel din il-liġi kif ġib u laħaq.
2. Li l-Kummisarju, l-Avukat Ġenerali, l-Kap Kmandant tal-Armata u persuni oħra f’karigi sensitivi ma jiġux magħ’ula mill-Gvern tal-ġurnata imma b’kunsens mal-President ta’ Malta u mal-Oppożizzjoni.
3. Li f’Artiklu 2 waqt li tiġi priservata li r-Reliġjon ta’ Malta hija r-Reliġjon Kattolika Rumana ikun hemm sub-artikli li jistqarru l-libertà reliġjuża għal relliġjonijiet varji.
Il-Kostituzzjoni hija dik li tagħmilna poplu. Ejjew naraw li din tirrifletti dan tassew u ma tkunx għodda biex biex il-politiċi jsawtu lil xulxin biha. Il-fuq mill-partiġjaniżmu politiku aħna lkoll Maltin.