Sammy Meilaq – Front Maltin Inqumu

Qeghdin niktbulek ghan-nom tal-Front Maltin Inqumu.

Il-Front huwa tal-fehma li jekk se jsiru emendi ghall-Kostituzzjoni ta’ Malta ghandhom jidhlu principji li jsahhu r-rieda ta’ pajjizna ghall-paci fost il-gnus, ghal-harsien ta’ aktar gustizzja socjali u tad-drittijiet industrijali ghall-haddiema.

Ghal dan il-ghan, il-Front qieghed jipproponi ghadd ta’ emedni ghall-Kostituzzjoni, li inti qieghda tippresedi.

Il-Front jitlob li jiddiskuti mal-Eccelenza Tieghek l-emendi proposti fid-dokument hawn mehmuz.

Nirringrazzjawk u nsellu ghalik.

Karmenu Mifsud Bonnici Sammy Meilaq
President Onorarju Front Maltin Inqumu President Front Maltin Inqumu

Il-Kapitolu I (3) tal-Kostituzzjoni m’ghandu jitnaqqasslu xejn ghal dawn ir-ragunijiet –

1) In-Newtralita` u Non-Allenjament huma ghazliet morali li jghelbu kull kejl iehor fil-Politika Barranija.

2) Mhux minnu li l-Gwerra Bierda spiccat.

3) Fi kwalunkwe kaz, anke kieku kien minnu li l-Gwerra Bierda spiccat, dan ma kien ikun ifisser xejn, ghax xorta wahda setghet terga tigi fis-sehh.

4) Il-Gwerrer qeghdin jizdiedu, inkluz f’territorji qrib ta’ Malta. L-armamenti wkoll qeghdin jizdiedu, kemm fil-kwantita` kif ukoll fis-sahha tal-qirda li joholqu. 1

5) Il-qaghda ta’ Malta bejn zewg kulturi differenti li kemm il-darba tqabdu kontra xulxin, twissina biex inkunu ghaqlin u nferrqu flok niehdu naha meta jinqala it-taqbid

6) Qrib taghna fil-Lvant Nofsani, it-taqbid ilu ghaddej bla waqfien ta’ xejn ghal dawn l-ahhar 60 sena u hadd ma jissogra jbassar li fis-60 sena li gejjin dan ser jintemm.

7) Jekk inxaqilbu fuq in-naha tan-NATO jew nissiehbu ma’ l-armata tal-Unjoni Ewropeja, inkunu qieghdin nappoggjaw il-kriminalita` tal-gwerra, inkunu qeghdin nappoggjaw militarjament diversi regimi dittatorjali, kif wkoll insiru mira legittima ghal forzi Izlamici militanti li qeghdin f’konflitt mal-pajjizi tan-NATO.2 3

8) Kull involviment militari bla bzonn ikompli jghabbi lill-poplu Malti bi spejjez zejda li jistghu jintuzaw ghal skopijiet socjali u kummercjali.

9) Il-Politika tan-Newtralita` u Non-Allenjament qdietna tajjeb hafna u m`hemm l-ebda htiega sabiex din tinbidel. Dawk li jridu jibdlu din il-gawra tal-Poplu Malti iridu jaghmlu hekk biss sabiex jaqdu lil dawk fl-Unjoni Ewropea li waqt li ma jridux gwerrer interni fl-Ewropa, jridu li l-Ewropa tkun lesta li tuza l-forza tal-armi biex tinvadi pajjizi ohra u li tisfrutta s-superjorita` tal-armamenti biex tinponi r-rieda taghha f’materji politici u ekonomici.

Kaptilu I tal-Kostituzzjoni ghandu jizdied hekk:

1) Malta tintrabat li ma tiehux sehem jew toffri facilitajiet biex isehh it-tortura fuq il-bnedmin. 4

2) Malta tintrabat li ma tiehux sehem jew toffri facilitajiet biex isehh spjunagg minn forzi barranin, inkluz spjunagg permess ta’ mezzi tat-teknologija tal-informatika.5

3) Malta tintrabat li tahdem attivament biex jigu zarmati l-armamenti u l-Bazijiet Militari, specjalment fir-Regjun tal-Mediterran.

4) Malta tintrabat li tahdem biex l-Unjoni Ewropea taddotta Politika ta’ newtralita` u dizarm biex b’hekk issir Ewropa Sovrana u ma tibqax issefter lill-Istati Uniti li attwalment jikkmandaw fin-NATO.6

DRITTIJIET INDUSTRIJALI

 Kulhadd ghandu d-dritt ghax-xoghol. Ghalhekk l-istat huwa obbligat li jmexxi b’mod li johloq u jara li jinholoq ix-xoghol produttiv u dinjituz ghal kullhadd.

 Id-drittijiet industrijali ma jistghux jigu rrinunzjati. Kull rinunzja hija legalment nulla.

 Il-gurnata tax-xoghol ma taqbizx it-tmien sighat u l-gimgha tax-xoghol ma taqbizx l-40 siegha.

 L-istat ghandu jistabilixxi paga minima nazzjonali. L-istat ghandu jara li din tilhaq il-livell ta` “living wage”.

 L-istat ghandu regolarment jirrevedi il-pagi kif wkoll il-penzjonijiet sabiex jirriflettu l-gholi tal-hajja minn tal-anqas darba fis-sena. Din iz-zieda ghanda tkun ugwali ghall-haddiema kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat u ma tkunx fuq bazi ta’ persentagg.

 Id-dritt ta’ l-istrajk huwa meqjuz bhal wiehed mid-drittijiet fundamentali umani, ghaldaqstant il-haddiema kollha ghandhom jkollhom d-dritt li jistrajkjaw, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis–settur privat. Izda minhabba l-fatt li sallum l-istat ghadu ma evolviex ghal wiehed komunitarju, dan id-dritt ta’ l-istajk ma jghoddx ghall-membri tal-Forzi Armati u taz-Zamma ta’ l-Ordni.

 Dawn il-provizzjonijet kollha (socjali u industrijali) ghandhom jigu infurzati f’kull qorti, u l-principji mhaddna ghandhom ikunu l-qafas fundamentali fil-governanza ta’ pajjiz. Ghandha tkun ir-responsabilita` ta’ l-istat sabiex japplika dawn il-principji fit-tfassil tal-ligijiet.

DRITTIJIET SOCJALI

Dawn id-drittijiet ghandhom jidhlu fil-Kostituzzjoni –
IS-SAHHA PUBBLIKA
Is-sahha pubblika hija dritt socjali ewlieni. L-istat ghandu jiggarantixxi servizz nazzjonali tas-sahha pubblika li jkun provdut ghal kulhadd b’xejn.
L-isptar Mater Dei, il-Klinici u l-facilitajiet l-ohra tal-istat ghas-sahha pubblika ma jigux privatizzati
L-istat ghandu jirregola l-istituzzjonijiet tas-sahha pubblika kollha, kemm dawk pubblici kif wkoll dawk privati.
L-EDUKAZZJONI
L-edukazzjoni hija dritt uman. L-istat ghandu johloq u jipprovdi istituzzjonijiet ghall-edukazzjoni b’xejn sal-livell terzjarju.
IT- TAXXA
It-taxxa ghandha tinbena fuq il-principju li min jiflah l-aktar, ihallas l-aktar u min jiflah l-anqas, ihallas l-anqas, jigifieri fuq il-principju ta` “Progressive Taxation”.
ID-DJAR
L-istat ghandu l-obbligu li jara li kulhadd ikollu l-kenn. Dan ghandu jsir b’accertazzjoni li l-mottiv socjali ikun parti integrali tal-“housing policy”.

REFERENCES
1 Irreferi ghad-diversi rapport li kull sena jixxandru minn “Stockholm International Peace Research Institute”.

2 Irreferi ghal artikli li gejjin

“Cambodia`s Empty Dock” miktub minn John Pilger f’The Guardian 21.02.2009

“America Is the World Leader at Committing Supreme International Crimes” miktub minn Noam Chomsky f’Alternet 7July 2014

“A People’s History of the United States” Chaper 18 “The Impossible Victory : Vietnam” miktub minn Howard Zinn

3 L-Istati Uniti u n-NATO appogjaw attivament il-holqien u z-zamma ta’ diversi kolpi ta’ stat militari li kissru d-demokrazija u stabilixxew id-dittatura. Dawn jinkludu –

IRAN 1953 -1979
INDONESIA 1965 – 1998
GRECJA 1967 – 1974
CHILE 1972 – 1990
ARGENTINA 1976 – 1983
SALVADOR 1979 – 1992
ALGERIA 1991
HONDURAS 2009
VENEZUELA 2009(dan il-kolp ta’ stat falla)

F’dawn il-kazijiet kollha il-popli ghaddew minn kazijiet ta’ tortura, qtil, habs u telfien ta’ drittijiet umani. In-NATO ghada sal-lum tappoggja bis-shih id-dittatorjati tal-Arabja Sawdita, il-Bahrejn u l-Emirati Arab Uniti.

4 Irreferi ghar-rapporti –
“Globalizing Torture” 05.02.2013 ta’ l-Open Society Justice Initiative (New York)
“Damning Verdict For Poland on CIA Jail” – The Guardian Weekly 01.08.14
“Rendition Flights Via Malta” miktub minn Daniel Mainwaring – Times of Malta 18.06.13

5 Irreferi ghad-diversi rivelazzjonijiet imxandra minn Edward Snowden u ohrajn dwar in-“National Security Agency” ta’ l-Istati Uniti kif wkoll dwar il-“Government Communications Headquarters” (G.C.H.Q.) tar-Renju Unit

6 Irreferi ghall-pubblikazzjoni “Mintoff Ghada” miktub minn Karmenu Mifsud Bonnici u Sammy Meilaq, Appendici III. Dan l-appendici jinkludi korrispondenza bejn Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici f’isem il-Front Maltin Inqumu ma’ Romano Prodi, li dak iz-zmien kien il-President tal-Kummissjoni Ewropea, u ma Pat Cox li dak iz-zmien kien President tal-Parlament Ewropew. Din il-korrispondenza hija mifruxa mill-5 ta’ Novembru 2002 sas-17 ta’ Gunju 2014