Rita Carmela Grima

Nixtieq li kieku il-kostituzzjoni taghna tirrifletti u ssemmi valuri li jissemmew bhala taghna l-Maltin l-aktar ir-rispett wiehed lejn l-iehor/l-ohra u lejn l-ambjent, id-diversita’, u l-helsien.

Nixtieq li kieku l-kostituzzjoni taghna tikkonferma l-fidi nisranija bhala dik ewlenija fuq il-gzejjer Maltin, imma fl-istess hin jitnizzel ir-rispett li niggarantixxu lejn kull religjon ohra.

Nixtieq li kieku l-kostituzzjoni taghna tissalvagwardja il-hajja serena tal-bniedem, u ta’ kull min jghix fuq gziritna. U li tigi definita din is-serenita li tinkludi dmirijiet ta’ persuni li nghixu flimkien b’rispett lejn kulhadd, u lejn il-holqien li mdawwrin bih – ambjent u l-hajja taht kull forma, principalment dik tat-tarbija fil-guf.

Forsi fil-kostituzzjoni taghna, il-valuri principali taghna ghandhom jiehdu post aktar centrali, taht l-umbrella ta’ ghixien hieles u fis-serenita’, issalvagwardjat mit-liet istituzzjonijiet principali ta’ pajjizna (il-parlament, il-qorti u l-ordni pubblika) – il-helsien permezz ta’ rispett shih lejn il-persuna u lejn l-ambjent u lejn pajjizi ohrajn.

Forsi in-newtralita’ ghandha tigi kwalifikata/definita bhala valur politiku ewlieni taghna, u li tibqa tghodd sakemm ma jkunx hemm periklu ghall-valuri taghna bhala pajjiz fil-kuntest tad-dmirjiet taghna lejn is-salvagwardjar tal-helsien li nemmnu fih.

Grazzi talli qeghdin taggornaw il-kostituzzjoni. Sir Adrian Dingli jiehu gost zgur. Il-Missier Alla jkun maghkom.

Bi gratitudni shiha,

Rita C. Grima M.A. (Melit.), B.A. (Hons.)