Nathaniel Falzon

Jiena, Nathaniel Falzon, student tal-Ligi fl-ahhar sena qieghed nissottometi xi siggurimenti u ideat li skoprejt matul l istudji tieghi.

Nemmen li d-diskussjoni dwar il-konservazzjoni tal-ekosistema u id-diversi elementi naturali ta’ madwarna immaturitat hafna matul dawn l-ahhar snin pero mil-aspett legali nemmen li ghad hemm hafna x jista jsir.

Matul l-istudji tieghi u hekk kif kont qed naghmel ricerka sabiex nsib suggett specifiku habba it-tezi tieghi, sibt bosta ideat u aspetti legali li saru implimentati fi stati ohra.

Wiehed minn dawn is-suggetti huwa dak li n-natura tigi assenjata certi drittijiet kostituzzjonali li jharsu lin-natura bhala ‘entita” li ghandha drittijiet fiha nfisha. Dan il-kuncett sar mil-Ecuador fl-2008 u sahansitra wassal ghal kazistika fejn individwi u awtoritajiet kisru d-drittijiet tan-natura li tezisti u tifjorixi u b’hekk il-qrati tal-Ecaudor iddecidew favur in-natura u sar kumpens adekwat a termini tan-natura u l-hsara li saritila u mhux in kwantu il-hsara li tkun saret lil abitanti/individwi fil-vicin (riparian/anthropocentric).

Pajjizi ohrajn fostom il-Fillandja jirrikonoxxu b’mod kostituzzjonalment li n-natura, il-biodiversita’ u sahansitra anke il-wirt nazzjonali hi responsabilita’ ta kull cittadin. Entitajiet governativi huma intitolati li jirrikonoxxu li kull cittadin ghandu dritt ghal ‘ambjent san’.

Nemmen li dawn huma ftit mil-hafna konsiderazzjonijiet, fost ohrajn, li ghandhom jigu kkunsidrat fir-riforma kostituzzjonali sabiex il-kostituzzjoni tirrifleti ir-realta’ u l-kuxjenza ambjentali tas-socjeta’ ta’ illum.

Dejjem ghad-disposizzjonijiet taghkhom.