Żminijietna – Proposti għar-Riforma Kostituzzjonali.
L-Organizazzjoni Xellugija Żminijietna qed tressaq il-proposti tagħha għar-Riforma Kostituzzjonali, fejn qed nappellaw sabiex jkun hemm:
Rappreżentanża aktar wiesgħa fil-Parlament: Nemmnu li r-riforma Kostituzzjonali għanda twassal sabiex jkun hemm aktar rapprezentanza ta’ partiti fil-Parlament.
Bilanċ tal-Ġeneru fil-Parlament: Nisħqu li ħamsa u sittin rappreżentant fil-parlament huma biżżejjed. Biex Malta tilħaq il-kwota ta’ aktar nisa fil-Parlament, nemmnu li din tista’ ssir billi l-ewwel nett jitnaqqsu d-distretti minn tlettax għal ħdax. Minnhom kollha jiġu eletti ħamsa u ħamsin membru parlamentari. Filwaqt li l-għaxra l-oħra jiġu eletti b’mod biex jiġi korrett l-iżbilanċ tal-ġeneru fil-Parlament.
Referenza għal Stat Sekulari: Il-kliem b’referenza għal stat Kattoliku għandu jitneħħa. Nemmnu li l-Istat m’għandux jiddistingwi bejn x’tip ta’ reliġjon jew politika għandek tħaddan. L-Istat huwa xi ħaġa newtrali.
Assigurazzjoni għall-protezzjoni tal-ekoloġika u l-ambjent Maltija: Il-tħaris tal-ambjent naturali tal-gzejjer Maltin għandu jitla’ f’livelli aktar ‘il fuq. Dan jista’ jsir billi din il-protezzjoni tiġi assigurata fil-Kostituzzjoni.
Referenza għan-Newtralità: Il-Kostituzzjoni għanda tibqa’ ssaħħaħ l-Istat Newtrali ta’ Malta. Malta m’għandiex tagħmel parti minn alleanza militari, kemm dik Ewropeja jew alleanzi oħra fil-futur. Il-Kostituzzjoni għanda b’mod ċar timpedixxi ż-żjajjar ta’ bastimenti militari fil-portijiet ta’ Malta, speċjalment meta tali bastimenti jkunu fuq missjoni militari.
Ix-Xogħol: Ir-riforma kostituzzjonali għanda tassigura d-dritt ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali. Għanda ssaħħaħ id-dritt għal xogħol diċenti, stabbli u li joffri sigurtà ta’ mpjieg.
Piena ta’ Ħabs – Il-piena ta’ għomor il-ħabs għanda tiġi abolità.
Grazzi
Martin Abela
Żminijietna – Leħen ix-Xellug.