Mario Grech

1. Il-president ta’ Malta jkun naħtur għal għomru. Dan jiffranka lill-kaxxa ta’ Malta pensjonijiet u perkaċċi konsiderevoli. Il-passat uriena li wara ħames snin fil-kariġa l-popolarità tal-president tkun fl-aqwa tagħha u hu dnub li ma jkunx hemm kontinwità fil-ħidma tiegħu/tagħha.
2. Is-sistema elettorali għandha tiġi riformata b’mod li dawk il-persuni jew partiti li fuq il-medda tal-elettorat kollu jkunu ġabu l-kwota jew aktar għandhom ikunu eletti fil-parlament.
3. Id-dokument tal-vot m’għandux jibqà juri l-kandidati fl-ordni alfabetiku. Suġġeriment: l-ordni tal-ismijet tal-kandidati jiġi ddeterminat bil-polza f’kull elezzjoni li ssir.