Jien nitlob li tiżdied sezzjoni separata fil-Kostituzzjoni ta’ Malta li titratta l-ħarsien tal-patrimonju Malti, l-ambjent, l-arkeoloġija u l-pajsaġġ storiku tal-pajjiż. F’din tingħata l-possibilta ta’ rikors għall-liġi u jinħoloq mekkaniżmu ta’ħarsien xieraq li jkun inforzabbli permezz ta’strutturi, riżorsi amministrattivi u rimedji legali effettivi, inkluz fil-Qrati u/Jew awtoritajiet independenti mill-gvern. |