Lawrence Galea

Kostituzzjoni

Punti fil-qosor ta’ malajr dwar xi Artikoli.

Artikolu 1 għandu jissaħħaħ u bl-ebda mod ma n-newtralita’ u n-non-allinjament ma jintmissu.

Artikolu 2 għandu jibqa’ kif inhu.

Arrikolu 3 għandha titneħħa r-referenza għas-Salib ta’ Ġorġ u l-bandiera ssir biss bajdda w ħamra għax is-Salib ta’ Ġorġ huwa biss imposizzjoni mill-ex-kolonizzatur biex ifakkarna li konna kolonja tiegħu.

Artikolu 4 jijbqa’ kif inhu.

Artikolu 5 (1) jibqa’ kif inhu.
Artikolu 5(2) jispiċċa u jkun l-ilsien Malti BISS li jkun l-ilsien nazzjonalsi u uffiċjali ta’ Malta. Kull ilsien barrani jnaqqas mill-importanza tal-ilsien Malti u l-ilsien Ingliz bħala lsien uffiċjali huwa wkoll imposizzjoni oħra tal-ex kolonizzatur. L-ilsien Ingliz jista’ jibqa’ jiġu mgħallem bħal kull ilsien ieħor.

Artikolu 5(3) jispiċċa u jekk ikun hemm bzonn fil-Qorti jitqabbdu tradutturi. Anki l-liġijiet kollha għandhom ikunu biss bil-Malti u min ikun irid traduzzjoni jħallas għaliha huwa.

Artikolu 5(4) jispiċċa u jintuza biss l-ilsien Malti.

Artikolu 6 għandu jissaħħah billi jiddaħħal sub-Artikolu 2 li jgħid “Il-Kostituzzjoni hija wkoll suprema fuq kull trattat, konvenzjoni u ftehim ieħor u kull trattat, konvenzjoni u ftehim ieħor li jkun inkonsistenti mal-Kostituzzjoni il-kostituzzjoni tipprevali u dak it-trattat, konvenzjoni u ftehim ieħor għandu, sa fejn ikun inkonsistenti, ikun bla effett.

Kapitolu II jinbidel u jsir “Obbligi tal-Gvern”

Artikolu 7 tinbidel il-kelma “jirirkonoxxi” bil-kelma “jagħraf”

Artikolu 8 tiddaħħal il-kelma “Maltija” wara l-kelma “kultura”

Artikolu 9(1) tnbidel il-kelma “tan-Nazzjon” bil-kelma “ta’ Malta”

Artikolu 13(1) fl-aħħar jizdied il-kliem imma m’għadux ikun iktar minn tmien (8) siegħat

Artikolu 13(2) tinbidel il-kelma “ġurnata” bil-kelma “jumejn” u wara l-kelma “fil-ġimgħa” jizdied il-kliem “li huma s-Sibt u l-Ħadd”

F’Artikolu 13 jizdied sub-Artikolu (3) “Kull ħaddiem huwa obbligat li jkun membru f’għaqda tal-ħaddiema tal-għazla tiegħu liema obbligu ma jistax jirrinunzjah. Il-Gvern għandu jipprovdi għal pieni permezz ta’ multi u ħabs obbligatorju għal kull min jipprova ma jħallix lill-ħaddiem/a tiegħu jidħlu f’għaqda tal-ħaddiema.”

Artikolu 14 fl-aħħar jizdied il-kliem jew isir sub-Artikolu (2) “Għal dan il-għan il-Gvern għandu jdaħħal sanzjonijiet kontra kull min ma jagħtix l-istess paga lin-nisa daqs l-irġiel għall-istess xogħol liema sanzjonijiet għandhom jipprovdu kemm għal multi ħorox kif ukoll piena obbligatorja ta’ ħabs u d-dritt tal-vittma li jingħata l-ħlas kollu li ma jkunx ingħata bi dritt anki kontra l-familjari ta’ min ikun iddiskrimina magħha.”

Artikolu 20A jizdied “Dan ma jinkludix id-dritt tal-vot jekk iċ-ċittadini Maltin li jgħixu barra ma jkunux residenti Malta għall-perjodu preskritt fil-liġi u ma jkunux iħallsu t-taxxi f’Malta.”

Artikolu 21 jitneħħa.

Artikoli 23 jinbidel kollu u jsir “Kull ċittadin li ma jkun xċittadin Malti li jinstab ħati ta’ ksur ta’ liġi punibbli b’iktar minn xahar ħabs għandu jiġi mkeċċi lura lejn pajjizu irrispettivament min kull status li huwa jkun ingħata.”

Artikolu 24 jitneħħa.

Artikolu 34(1)(i) tinbidel il-klema “protezzjoni” bil-klema “ħarsien”

Artikolu 34(1)(j) tinbidel il-kelma “espulsjoni” bil-kelma “tkeċċija”

Fl-aħħar tal-Artikolu 34(3) jizdied il-kliem “Il-provedimenti ta’ Artikolu 34(3) ma japplikawx għal kull min jidħol illegalment f’Malta.”

Artikolu 41(3) tinbidel l-età minn wieħed u għoxrin sena għal 16-il sena minħabba li issa zgħazagħ ta’ 6-il sena jistgħu jivvutaw

Artikolu 43(3) jinbidel billi jisr “Ebda ċittadin ta’ Malta ma għandu jiġi mwarrab minn Malta. F’kaz ta’ reat kriminali f’pajjiz ieħor, jintbagħat biss lejn dak il-pajjiz jekk il-pajjiz l-ieħor ikollu ftehim ma Malta li jekk ċittadin Malti jinstab ħati jservi s-sentenza tiegħu f’Malta u f’ebda kaz ma jintbagħat jekk dak il-pajjiz ikollu l-piena tal-mewt.

F’Artikolu 43(4) kull referenza għall-Commonwealth” titneħħa u jkun japplika għall-pajjizi kollha

Ma kellix ċans nagħmle iktar osservazzjonijiet imma nittama li dawn li għamilt jingħataw attenzjoni.

Grazzi