Hemm il-bżonn li Malta jkollha liġi ġdida li tgħid, meta kwalunkwe Membru tal-Parlament (MP) jġib imġieba ħażina jew mhux xieraq f’ kwalunkwe ħin, kemm fil-parlament kif ukoll fil-ħajja privata, jew ixerred aħbarijiet foloz intenzjonalment biex iqarraq lil-pubbliku kontra l-partit politiku l-ieħor, għandu jitkeċċa mill-parlament urġenti, u jitlef jew titlef il-pensjoni kollha tal-parlament, għax il-membri tal-parlament iridu jkunu persuni ta’ rieda tajba, responsabbli u ta’ eżempju tajjeb għan-nazzjon kollu. Hemm il-bżonn ta’ azzjonijiet dixxiplinarji fil-konfront tal-membri tal-parlament Malti, l-istess bħal kull impjegat ieħor. Il-membri tal-parlament mhumiex speċjali jew skużati għal azzjonijiet dixxiplinarji kontra l-imġieba ħażina jew mhux xieraq tagħhom.
Hemm il-bżonn ta’ mġieba aktar serja fil-parlament ta’ Malta.