Gino Galea

IL PROTEZZJONI KOSTITUZZJONALI KONTRA IL “FLAGELL” TAL ABORT F’PAJJIZNA

Ghandna sitwazzjoni rikonciljattiva, fejn ‘publikament’ kemm l’ Eccellenza President ta’ Malta, kemm l’Onorevoli Prim Ministru, kif wkoll l’Oppozizzjoni stqarrew publikament, anke ripetutament li huma “kontra l abort” jew ahjar kontra il ‘barbarzimu licenzjat” sabiex tigi ‘massakrata tarbija’ Maltija fil guf’ fil futur.

Mela ghandna “qbil” civili bejn li istituzzjonijiet nazzjonali u l partiti. Nafu wkoll li is sontaggi qed jikkonfermaw li aktar minn 85% tal poplu Malti huma kontra l’abort f’Malta. Malta hija ‘tal Maltin’ u l ebda entita internazzjonali jew xi barranin li qed jahdmu hawn gewwa pajjizna ma’ ghandhom jithallew jinterferixxu jew jiddettaw x’ghandna naghmlu ahna l Maltin fl affarijiet taghna stess.

Kull wiehed minna li qieghed hawn ILLUM gol Parlament taghna kellu il “barka” naturali jew ahjar, “il fortuna” fejn l ghaziza ommu PPROTEGITU mill ahjar li setghet, fil guf taghha sabiex thalla jitwieled bil process naturali u sussegwentiment…jara ‘id dawl tad dinja’. Dan japplika ghalina LKOLL hawn illum.

Nafu wkoll li din ‘l’art helwa’ taghna ghandha ‘diversita ta’ ligijiet’ kollha intizi sabiex jipprotegu il hajja umana, l’annimali, kif wkoll sahansitra, anke il bajd’ tal frieken tal bahar. Dan huwa posittiv hafna.

Wiehed allura se jistaqsi, “X’ qed izommna LLUM, milli mir retorika publika nghaddu wkoll ghall “fatti”, billi nillegislaw kontra l abort fil Kostituzzjoni Maltija? B’hekk konvint li inkunu qed naghtu ezempju haj lid dinja civilizzata dwar kif ghandna VERAMENT inkunu “civilizzati veru”! La’ hemm qbil nemmen li kull min se jivvota ghall favur ‘il hajja’ fil Parlament Malta ghada pitghada se jibqa’ mnizzel fli storja ta’ pajjizna bhala persuna dinjitarja ta’ unur li jkun ta’ protezzjoni lill dawn it trabi futuri, Maltin WKOLL bhalna, billi jkunu thallew jaraw id dawl tax xemx.

Nappellalkom ghall kuragg kontra il kurrenti negattivi u dawk kummercjali f’ pajjizna stess, sabiex tissalvagwardjaw lill “ulied Malta” futuri. Dan huwa il mument tal verita.

Insellmilkom u grazzi