Francis Grech

Nemmen li għandu jkun hemm dixxiplina b’saħħita fuq l-amministrazzjoni tal-finanzi publiċi. Nemmen li l-ebda gvern m’għandu jkollu l-liberta assoluta li jagħbi ġenerazzzjonijiet sħaħ b’piżijiet finanzjarji li ma’ jifilħux. Veru li hemm ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, iżda dan jaf li ma jkunx biżżejjed, speċjalment f’każ ta’ ekonomijji żgħar u miftuħa bħal ta’ Malta. L-esperjanza ta’ pajjiżi ferm akbar minn Malta, bħall-Greċja, l-Italja, Spanja, Franza u oħrajn, għandhom jiftħulna għajnejna. L-esperjenza riċenti tagħna l-Maltin stess urietna li dejjem kien iż-żgħir li ħallas qares. Biżżejjed inħarsu lejn is-sitwazzjoni tal-pensjonanti Maltin illum. Ċittadin li ħadem omru kollu u dejjem ħallas it-taxxi kollha, inkluża l-bolla, jispiċċa b’pensjoni miżera li mihiex adegwata biex tiggarantixxi għixien diċenti għal tnejn minn nies. Dan minkejja l-wegħda taż-żewġ terzi, għalkemm lanqas din mi l-istess għal kulħadd, għax għandna min hu privileġġat aktar minn oħrajn.
Għaldaqstant nipproponi li l-kostituzzjoni ta’ Malta timponi fuq kull gvern, li ma jkunx jista’ jiddejjen iżjed minn 1% tal-Prodott Gross Domestiku f’sena fiskali waħda. Meta dan iseħħ f’sena partikulari, il-gvern ikollu l-obbligu li jagħmel tajjeb għal dan l-iżbilanċ fis-sena ta’wara. F’każ li gvern ikollu l-ħtieġa ta’ żbilanċ akbar minn 1%, jew gvern li jkun falla milli jirkupra żbilanċ tas-sena ta’ qabel, allura dan ikollu l-obligu li jfittex il-kunsens tal-elettorat permezz ta’ referendum.

Grazzi u awguri.