Eugenio Camilleri

Nixtieq nagħti l-kontrubuzzjoni tiegħi f’din il-konsultazzjoni pubblika rigward ir-riforma kostituzzjonali.
1. Il-Bandiera ta’ Malta jidhirli li għandha tkun imniżżla fuq il-Kostituzzjoni. Jekkx tinbidilx biż-żmien irid ikun hemm kunsens sħiħ, u jew b’referendum, jekk se jsir xi tibdil fiha, jiżdied jew jitnaqqas xi mottiv minnha. Għandu jkun hemm Jum il-Bandiera ta’ Malta (Flag Day) bħal ma’ jsir f’pajjiżi oħra, fejn fiha dil-ġurnata il-Kuluri Maltin għandhom jingħataw kull rispett.
2. L-Innu Malti.
Hemm kunsens li dan qatt m’għandhu jinbidel, imma l-istess jekk xi darba jinbidel għandu jsir b’kunsens sħiħ. Jinbidel xi kliem speċjalment fejn jirriferi għall-ħakma barranija u ta’ żmien il-kolonjaliżmu bħal ngħidu aħna ”… agħti Kbir Alla id-dehen lil min JAĦKIMNA”, ( nipproponi : ”…lil min Imexxina” min flok), GĦAX ŻMIEN IL–ĦAKMA TA’ MIN IMEXXINA ISSA ILU LI GĦADDA!