Dr. John Zammit

Nissuggerixxi: 1 Il-Parlament ikun maghmul dejjem minn 65 membru parlamentari biss u qatt ma jizdiedu aktar minhabba l-proporzjonita’. 2 Li jitnehha l-Privilegg Parlamentari. 3 li d-distretti elettorali jitnehhew u Malta u Ghawdex jigu distrett wiehed bhall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-ewwel 65 kandidati li jgibu l-aktar voti jigu eletti awtomatikament. 4 Il-Partiti Politici kollha ghandhom ikunu rapprezentati fl-Awtorita’ tax-Xandir u fil-Kummissjoni Elettorali. 5 Riferenzi ghal Religjonijiet u Alla ghandhom jitnehhew mill-kostituzzjoni bhala kostituzzjoni Lajka. 6 L-ebda membru Parlamentari ma jigi elett ghal aktar minn zewg legislaturi, biex jaghti cans lil persuni ohra li huma ntizi politikament. 7 Li min jinqabad f’xi korruzzjoni kull politiku elett, ikun Prim Ministru, Ministru ecc ghandu jigi mgieghel jirrezenja mill-ewwel. 8 Il-Gudikatura, il-Kummissarju tal-Pulizija u d-Diretturi ta’ Entitajiet Governattivi ma jintghazlux Prim Ministru imma jkun hemm Kummissjoni maghmulha min-nahat Politici kollha. 9 lil-Liberta’ ta’l-Espressjoni u ta’ l-Istampa u l-Gurnalisti ghandhom ikunu protetti fil-Kostituzzjoni, specjalment fejn jidhlu skandli u kazi ta’ korruzzjoni minn politici. Nahseb tajt bizzejjed ezempji. Grazzi.