Bernard Micallef

Jien nitlob li tiżdied sezzjoni separata fil-Kostituzzjoni ta’ Malta li tittratta l-ħarsien tal-patrimonju Malti, l-ambjent, l-arkeoloġija u l-pajsaġġ storiku tal-pajjiż. F’din is-sezzjoni għandha tingħata l-possibbiltà ta’ rikors għal-liġi u jinħoloq mekkaniżmu ta’ ħarsien xieraq li jkun inforzabbli permezz ta’ strutturi, riżorsi amministrattivi u rimedji legali effettivi.