Anselm Sciberras

1. Il-Kostituzzjoni għandha tikkonferma li r-Reliġjon ta’ Malta hi dik Kattolika Rumana.
2. Għandu jkun iċċarat li qatt u mkien l-ilsien Ingliż jew xi lsien ieħor jitqies aktar importanti mill-Malti f’dan il-pajjiż. Kull avviż pubbliku, nota, tabella, eċċ kollha jridu jkunu bil-Malti u mbagħad jekk meħtieġ ikunu tradotti bl-Ingliż u miktuba bil-korsiv taħt il-Malti. Anke kull min joffri xi tip ta’ servizz ġewwa Malta għandu juża l-Malti. Ċittadin Malti għandu jkollu kull dritt li jinqeda, jaqra, jitkellem, u jiġi mifhum bl-ilsien Malti kullimkien ġewwa Malta.
3. Ħatriet importanti fil-pajjiż bħal Kummissarju tal-Pulizija, Kmandant tal-Armata, Imħallfin, u oħrajn għandhom isiru bi qbil ta’ 2/3 td-deputati tal-parlament.
4. Fil-parlament għandu jkun elett biss min igib il-kwota u mhux jiżdiedu membri minħabba xi bilanċ ta’ sess jew ħaġa oħra.
5. Il-poplu għandu jitwessalu d-dritt tar-referendum b’inqas firem biex jissejjaħ u li l-gvern ikun marbut isejħu fi zmien mhux aktar minn sitt xhur u jatwa r-rizultat.
6. Il-President ta’ Malta għandu jinħatar bis-sehem tal-parlament u l-kunsilli lokali permezz tas sindki li jridu jirriflettu r-rieda tal-kunsill tagħhom. Biex isir President irid igib 2/3 tal-voti tal-parlament u s-sindki.

Grazzi