Il-Kostituzzjoni

Il-Kostituzzjoni hija liġi suprema u kulħadd huwa obbligat josservaha.

Telenka d-drittijiet fundamentali tagħna l-Maltin kif ukoll il-funzjonijiet tal-istituzzjonijiet, bħal dawk tal-President, tal-Parlament, tal-Gvern, tal-Qrati u tal-Avukat Ġenerali.  Il-Kostituzzjoni tirreferi wkoll għal-liġi elettorali u n-newtralità fost affarijiet oħra.

Jekk tixtieq tkun taf x’inhuma d-drittijiet tiegħek, kif jiġu regolati l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ Malta u x’liġijiet iridu jiġu osservati tista’ taqra l-Kostituzzjoni f’iktar dettall.