Saviour Sammut

Nemmen li għandhom jiddaħħlu dawn il-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Ħarsien tal-ambjent limitat fi gżira bħal tagħna. Kull proposta ta’ bini barra miż-żoni ta’ żvilupp għandha tiġi approvata minn 2 terzi tal-Kamra tar-rappreżentanti u tal-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Tibdil fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Ic-chairman għandu jinħatar bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-rappreżentanti u l-mem bri jkunu magħżula minn oqsma differenti tal-ħajja minn ngos impennjati fil-qasam ta’ ambjent u żvilupp sostenibbli.
Pożizzjonijiet ta’ kariga importanti għandhom ukoll jinħatru bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi mill-kamra tar-rappreżentanti. Fost dawn hemm l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman, u oħrajn.
It-tqaċċit ta’ siġar maturi għandu jkun ipprojbit u minflok, jekk din tkun l-aħħar soluzzjoni għandu jsir minn kollox biex jiġu mħawla f’post ieħor. Kull siġra li titħawwel x’imkien ieħor trid tkun dokumentatat u sorveljat il-progress tagħha.
Xandir : L-istazzjon nazzjonali għandu jiggarantixxi minnu nnifsu l-pluraliżmu ta’ ideat u fehmiet. Il-partiti politiċi u l-mezzi tax-xandir inkluż dak stampat għandhom jiggarantixxu li jagħti d-dritt ta’ risposta immedjata, ixandru b’mod bilanċjat. Wieħed għandu jistaqsi jekk hemmx lok għal xandir immanipulat minn partiti politiċi
Dritt għat-twemmin. Id-dritt għat-twemmin irid ikun garantit, sew jekk hi fehma, idea jew twemmin politiku jew reliġjuż. Dan b’konformita’ mal-espressjoni ħielsa.
Rigward espressjoni ħielsa u liberta’ individwali li kulħaddu għandu jkollu dritt għalihom dan jibqa’ jgħodd sakemm wieħed ma jidħolx fil-parametri ta’ liberta’ li għandu dritt għaliha ħaddieħor ukoll.
Dritt għall-qliegħ ġust għandu jiggarantixxi li kulħadd jiddikjara l-qliegħ tiegħu u jitħares id-dritt tal-ħaddiem mill-prekarjeta’ u mill-isfruttar. Għalhekk il-Kostituzzjoni tesiġi twaqqif ta’ Awtorita’ li għandha tħares u tissalvagwardja dawn l-affarijiet.