Miguel Cauchi

Lil min tikkonċerna,
qed nikkontribwixxi għal din il-konsultazzjoni permezz tar-riċerka annessa u dan il-messaġġ. Ir-riċerka titratta karatteristika importanti tal-Kostituzzjoni tagħna – xi ħaġa li għandha tissaħħaħ fir-riforma Kostituzzjonali.

Xtaqt ukoll nirrimarka l-manifestazzjoni tas-saltna tad-dritt fil-liġi Kostituzzjonali tagħna hekk kif mhix expressis verbis minkejja li hi punt vitali għall-Kostituzzjonali tagħna. Fuq dawn il-punti wieħed għandu jirrifletti u jara kif jistgħu jissaħħu.
L-1el, il-fatt li l-membri tal-Gvern ipoġġu fil-Parlament jgħin ħafna sabiex l-azzjonijiet tal-Gvern ikunu skrutinizzati. Torbot ma’ dan il-punt hi l-importanza li rridu nagħtu għall-iskrutinju fuq l-użu tal-fondi pubbliċi. It-2ni, Artikolu 65 tal-Kostituzzjoni jillimita l-Parlament fil-poteri tiegħu. Apparti dan, teżisti ukoll l-azzjoni Kostituzzjonali ‘Constitutional Review’. It-3et hi l-applikazzjoni ta’ Ar. 469A ta’ Kap.12 u għaldaqstant ir-raġonevolezza u l-proporzjonalità li bihom il-Gvern għandu jaġixxi. Ir-4bà hi l-attwalizzazzjoni tad-dritt għal smigħ xieraq mhux biss kif produt f’Ar. 39 tal-Kostituzzjoni imma ukoll fil-ħidma tal-Qrati, bħal per eżempju l-kompożizzjoni awtomatika tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-5es punt jirrigwarda il-proċess ta’ promulgazzjoni – ma għandnix inħarsu biss lejn l-‘enactment process’ imma wkoll lejn l-involviment akbar tan-nies u l-format tal-liġijiet u allura kif dawk jistgħu jkunu aktar aċċessibli għan-nies. Is-6tt punt jirrelata mat-tisħiħ tal-Ġudikatura, b’mod speċjali l-indipendenza tagħha. Fis-7bà punt insibu t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali (u possibilment it-tisħiħ tal-irwol tal-Kummissjonijiet Kostituzzjonali l-oħra) hekk kif din tassigura amministrazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet li f’pajjiżna jbiddlu l-kompożizzjoni tal-Parlament u l-Gvern f’daqqa.

Grazzi ħafna u tislijiet.