Michael Fenech

Bil-qawwa kollha noggezzjona ghat-tnehhija tal-George Cross (GC) minn fuq il-bandiera Maltija. Hadd m’ghandu jinqeghda bl-iskuza banali u infantili li l-George Cross ihammrilna wiccna stante li jfakkarna fil-hakma tal-Inglizi. Ma jhammrilna wiccna XEJN! Ghall-kuntrarju, il-GC ghandu jaghmilna kburin u jkun ta’ tifkira kontinwa tat-tbatija li ghaddew minna missirijietna u ommijietna; ikun ta’ tifkira tal-kuragg u l-qlubija li urew missirijietna u ommijietna; ikun ta’ tifkira kontinwa tal-istorja ta’ pajjizna u li QATT AKTAR ma nergghu nghaddu minn dak kollu li ghaddejna.