Haga tajba li c-cittadin ordinarju ghandu l-opportunita’ jesprimi ruhu. Ma tantx ser nehdilkom hin:
1] Il-President ta’ Malta u tal-Maltin ghandu jigi elett mill-POPLU MALTI u mhux mill-Prim Ministru!
2] Kull referenza ghar-religjonijiet fil-Kostituzzjoni ghandha tinftiehem li ma hemm l-ebda preferenza bejn religjon u iehor u li quddiem il-Kostituzzjoni, kollha huma ndaqs.
3] L-Innu Malti msemmi fil-Kostituzzjoni? Jekk iva kemm nixtieq li jkollna innu minghajr l-ebda kelma religjuza go fiha…..Innu sekulari ghal pajjiz sekulari. Hemm kliem iehor li jdejjaq, per ezempju dik il-parti li ssemmi l-hniena li trid tintwera mis-sid, cioe’ min ihaddem.
4] Hallejt l-isbah ghall-ahhar: Irid ikun hemm artiklu li jsemmi D-DOVER tal-Gvern prezenti biex jipprotegi l-aspetti KOLLHA ta’ L-AMBJENT.
Grazzi tal-hin tieghek
Martin Bugeja