Kenneth Grima

Sinjur/a skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-ilsien Malti hu l-ilsien nazzjonali ta’ Malta u flimkien mal-Ingliż hu wieħed miż-żewġ ilsna uffiċjali ta’ Malta. Madanakollu, ir-realta’ turi mod ieħor u f’ħafna sitwazzjonijiet, l-ilsien Malti mhux qed jingħata l-ġieħ li jistħoqqlu bħala l-Ilsien Nazzjonali. Kultanti lanqas mhu qed jingħata l-ġieħ li jixraqlu bħala lsien uffiċjali. Għaldaqstant nixtieq nara li fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-ilsien Malti jitħares tassew. Dan jista’ jsir billi l-istess Kostituzzjoni tobbliga lill-Gvern u lil kull istituzzjoni pubblika u privata sabiex kull ħaġa li tiġi ppubblikata bil-għan li tindirizza lill-pubbliku inġenerali tkun miktuba L-EWWEL bil-Malti u t-TIENI bl-Ingliż. Hekk inkunu qed nagħtu l-ġieħ li jixraq lill-ilsien Malti u naħdmu tassew b’risq il-bilingwiżmu kostituzzjonali ta’ pajjiżna. Grazzi.