Ivan Cauchi

Li jiġi kkunsidrat li jingħata d-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet ġenerali lill-emigranti Maltin li għadhom ċittadini Maltin, sabiex ikunu jistgħu jitħarsu l-interessi leġittimi li ħafna emigranti għad għandhom f’Malta. Biex jitnaqqas il-biża’ tal-impatt ta’ ammont kbir ta’ votanti ġodda, stmat li mdaqqas madwar id-daqs tal-popolazzjoni fil-pajjiż, jista’ jinħoloq distrett speċjali għall-emigranti b’membru wieħed jew tnejn biss. Ukoll nipproponi li jkun jista’ jivvota biss min hu ċittadin li jgħix barra u li jirreġistra li jixtieq jagħmal dan (fir-Renju Unit, inqas minn 1% tal-emigranti fil-fatt jirreġistraw).

Raġunament iktar iddettaljat ta’ din il-proposta tista’ tinsab f’dan is-sit:
https://ivancauchi.blogspot.com/2015/02/the-right-to-vote-of-maltese-emigrants.html