Il-Kostituzzjoni ta’ Malta

Il-Kostituzzjoni hija liġi suprema u kulħadd huwa obbligat josservaha.

Telenka d-drittijiet fundamentali tagħna l-Maltin kif ukoll il-funzjonijiet tal-istituzzjonijiet, bħal dawk tal-President, il-Parlament, il-Gvern, il-Qrati u l-Avukat Ġenerali, il-liġi elettorali, in-newtralità u affarijiet oħrajn.

Jekk tixtieq tkun taf x’inhuma d-drittijiet tiegħek, kif jiġu regolati l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ Malta u x’liġijiet iridu jiġu osservati tista’ taqra l-Kostituzzjoni f’iktar dettall.