Gino Galea

IL LIBERTA TAL ESPRESSJONI ABBUZATA. Il Kostituzzjoni Maltija wasal iz zmien li tipprotegi lic cittadin, vittma ta’ min jikkommetti dawn l abbuzi.

Bhall ma’ rajna ricenti, nemmen li il Kostituzzjoni ghandha tigi modifikata sabiex id dritt tal ligi tal espressjoni ( jew “Vilifikazzjoni??), ghalkemm bhala dritt liberu tal espressjoni nemmen li dan ghandu jkun hemm ie. bhala pajjiz li jemmen fid demokrazija, madankollu ma’ ghandux jigix abbuzat minn xi whud!
Qed naraw lingwagg oxxen u dagha li certament mhux l isbah ezempju ghall generazzjonijiet il godda. Qed naraw dan kollu f’ hinijiet ta filghaxija fuq it televizzjoni Maltija li ma jaghmlilniex gieh! Dan ghandu jigi kontrollat. Il kostituzzjoni ghandha taghti aktar protezzjoni lill min juza lingwagg prudenti u civili mhux il kontra. Qed naraw karattri esposti fil Karnival li qed jabbuzaw il ligi fejn aktar qed ‘joffendu eluf kbar ta’ nies fis skiet ta’ qalbhom’ milli jallegraw lill xi hadd. Jidher wkoll li il membri tal kleru qed jkunu wkoll fil mira ta’ dawn l individwi li qed jabbuzaw il ligi.

Din mhix il Malta li jrid il poplu prudenti Malti inkella li nafu ahna. Ghall skop ta’ paragun, dan it tip ta’ lingwagg simili abbuziv ma’ jigi mxandar qatt minn xi stazzjonijiet ekwivalenti go pajjiz iehor tipo xi BBC jew RAI tv fj hemm aktar serjeta.Izda gewwa Malta taghna rridu bil fors nittoleraw dan kollu.

Ghandna wkoll sitwazzjoni fejn persuna abbuziva tista’ sahansitra toffendi lill xi persuna ohra bir religgjoni jew it twemmin taghha, tidghi u toffendi fil publiku jew titkellem oxxen fejn il ligi maltija tkun kontra il vittma ta’ dan kollu.

Qed nghid dan kollu mhux b’xi ‘mohh maghluq’ izda minhabba il fatt li il ligi li ghaddiet ftit snin ilu qed nsibu minn jabbuza minnha.

Grazzi tal kunsiderazzjoni.