re : “Il Protezzjoni assoluta tat tarbija fil guf” mill flagell tal abort
Gheziz Ecc. President George Vella / Onor. Sinjuri,
Kullhadd fostna inkluzi intom se naqblu li l gheziz genituri taghna, tawna ic cans li nghixu u allura naraw ‘id dawl tax xemx’ permezz tat twelid. Fortunatament ghalina wkoll, hadd minnha li llum qeghdin hawn ma’ ghadda mill li sfortuna tal ‘barbarizmu tal abort’!
Nafu wkoll, li minkejja li f’ hafna pajjizi li quddiem il kameras dejjem ‘jiddikjaraw ruhom bhala civilizzati’, nemmen li minkejja kollox dawn jaghtu aktar drittijiet lill annimali, lill frieken tal bahar, milli lit tarbija, jew ahjar ‘cittadina futura’ fil guf tal omm!
Fortunatament, ahna hawn gewwa Malta u Ghawdex ghadna nipprotegu it tarbija fil guf tul it tqala kollha. Bil flagell tal abort, naraw tarbija li minflok tithalla tizviluppa ghall ‘cittadin’ futur normali ta’ dak il pajjiz, din tispicca minghajr ebda DRITTIJIET li imqar tghix bhall ma’ kellna il privilegg ahna lkoll.
Il poplu Malti baqa’ jghozz lill uliedu sa mill bidu tal koncepiment kif qed juru sahansitra anke is sontaggi li jsiru regolarment.
Ironikament dan l esercizzju ta’ revizzjoni tal kostituzzjoni Maltija qed isir fi zmien partikulari hafna fejn smajna publikament dikjarazzjonijiet b’sahhithom kemm mill President ta’ Malta Dr George Vella, kemm mill Prim Ministru prezenti Dr Robert Abela, kif wkoll il kap tal OpozizzjoniDr Adrian Delia, lkoll jiddikjaraw dak li DEJJEM ried il poplu Malti, cioe li ma’ JIDDAHHALX L ABORT gewwa pajjizna. Dawn it tlett istituzzjonijiet bla rizervi iddikjaraw li huma kontra l’ abort u allura favur il hajja.
Jekk ahna lkoll VERAMENT qed nghidu u nemmnu fil hajja sa mill bidu tal koncepiment, x’qed izommna milli fuq din l ‘issue’, la darba qed naqblu, NIGGARANTIXXU IL PROTEZZJONI TAL EMBRIJUN SA MILL BIDU NETT TAT TQALA? Din il protezzjoni ghanda tiddahhal wkoll fil kostituzzjoni Maltija.
Nemmen li dan il pass li certament jaghmel gieh kbir lill pajjzina quddiem il pjattaforma nternazzjonali u allura sahansitra jkun qed jaghti protezzjoni lic cittadini Maltin kollha sa mill mument li dawn jigu imnissla f’guf ommhom.
L integrita u l karattru tac cittadin Malti dejjem wera li huwa favur il hajja umana f’kull aspett u nemmen li hekk ghandu jibqa’.
Ma’ nara ebda raguni valida ghaliex dan is suggeriment ma’ ghandux jintlaqa’ f’isem ic cittadini Maltin futuri li ghad iridu jitwieldu u allura jinghataw il protezzjoni ghall hajja mill Kostituzzjoni Maltija.
Grazzi tal kunsiderazzjoni u nawguralkom ilkoll